BAŻILIKA TA' SAN PIETRU U SAN PAWL

Malta / Gozo and Comino / Nadur /
 եկեղեցի  Add category
 Upload a photo

Il-lokalita tan-Nadur tinsab fuq għolja u jgawdi veduti mill-isbaħ tal-Gżira ta' Għawdex, Kemmuna u l-fliegu. L-isem tar-raħal ġej mill-kelma Maltija nadar li tfisser tosserva jew tgħasses.

Il-knisja tan-Nadur hija dedikata lill-appostli San Pietru u San Pawl. L-ewwel ġebla tagħha tpoġġiet f' Diċembru tal-1760 imma l-faċċata u n-navi nbnew fil-bidu tas-seklu għoxrin fuq disinn tal-arkitett Malti Francesco Saverio Sciortino. Il-parroċċa ġiet stabbilita mill-Isqof Davide Cocco Palmeri fit-28 t' April 1688. Għal xi żmien is-sede tal-parroċċa kienet il-kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Qala, li dakinhar kienet tagħmel mal-istess territorju.

Il-knisja preżenti ġiet konsagrata fit-12 ta' Mejju 1867 u saret Arċipretali fl-1893. Fid-19 ta' Settembru 1894 il-knisja saret it-tielet kolleġġjata f' Għawdex u fis-26 ta' Ġunju 1967 ingħatat it-titlu ta' Bażilika. Il-pittura tal-koppla u tas-saqaf hija xogħol tal-artist Malti Lazzaro Pisani u turi episodji mill-ħajja ta' San Pietru u San Pawl.
Nearby cities:
Դիրքացույցները․   36°2'15"N   14°17'39"E
  •  5 կմ
  •  370 կմ
  •  372 կմ
  •  388 կմ
This article was last modified 14 years ago